Żagħżugħ Sirjan ta’ 18-il sena li jgħix Birkirkara weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, fi Triq Ġużeppi Grech.
Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u kif ukoll intalbet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, għadhom għaddejjin.