Amerikan ta’ 72 sena sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq vapur tal-passiġġieri għal ġol-baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, meta l-vapur kien sorġut il-Port il-Kbir fil-Belt.
Mill-investigazzjonijiet preliminari jidher li l-vittma kien passiġġier fuq l-istess vapur.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.