Raġel ta’ 41 sena residenti l-Isla ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq trakk tal-ġebel f’barriera fl-Isla. Il-każ seħħ dalgħodu fil-11:00 fi Triq Bur ix-Xewk fis-Siġġiewi meta għal xi raġuni r-raġel waqa’ minn fuq it-trakk bil-konsegwenza li ndarab.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex tieħu lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.