Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar fi Triq Giovanni Barbara l-Ħamrun.
Fuq il-post wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel li imbagħad ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.