Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu persuna se titressaq il-Qorti b’rabta ma’ sejba ta’ droga.
Dan wara li s-Sibt filgħaxija żewġt iriġiel ġew arrestati mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit b’rabta ma’ pussess ta’ droga.
Dan hekk kif iż-żewġt irġiel bdew jaġixxu b’mod suspettuż fl-akkwati ta’ Ġnien Spencer fil-Marsa.
Fi tfittxija li saret fuq wieħed mill-irġiel, ta’ 37 sena min-Niġer li jgħix Wied il-Għajn, instabu għaxar qratas b’sustanza suspettata droga kannabis, allegatament biex jiġu traffikati.
Fuq ir-raġel l-ieħor, ta’ 24 sena min-Niġerja, instabet sustanza suspettata droga kannabis.
ARA wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/24/zewgt-irgiel-arrestati-wara-li-allegatament-inqabdu-bid-droga-fi-gnien-fil-marsa/