Mara ta’ 26 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija qabżet fil-baħar u weġġgħet.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa fiż-żona magħrufa bħala St. Peter’s Pool fil-limiti ta’ Marsaxlokk. Il-vittma ġiet imtellgħa mill-baħar mill-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fej ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhix fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.