Fl-aħħar 24 siegħa, persuna fieqet mill-Coronavirus f’pajjiżna, filwaqt li persuna oħra rriżultat fil-pożittiv għal dan il-virus.
L-unika każ li feġġ fl-aħħar 24 siegħa rriżulta minn 1560 test. Sa issa b’kollox saru 57,784 test għall-Coronavirus.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 469 persuna. Il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu għal 125.