Persuna nqatlet waqt li erbgħa oħra ndarbu wara attakk bis-skieken fid-distrett ta’ Òpera, fil-kapitali ta’ Franza, Pariġi.
L-attakk ġara għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija tas-Sibt meta xhieda qalu li l-aggressur għajjat il-kliem Allahu Akbar u attakka ħames persuni, b’persuna minnhom ta’ disgħa u għoxrin sena mietet fuq il-post.
Fil-post fejn ġara l-aċċident hemm diversi persuni għax huwa distrett fejn hemm diversi ħwienet tal-ikel u divertiment.
Xhud fuq il-post qalet li kien hemm xena tal-biża’ fuq il-post, meta hija kienet ġo bar fil-post fejn ġara l-attakk. Hekk kif semgħet xi sparaturi hija ħarġet mill-bar u rat xena makkabra quddiemha.
“I was having a drink with my friend and we heard a boom boom, I thought it was gunshots. I personally went out and see and I saw a man lying on the ground. After that we rushed back into the bar.”
Filwaqt li persuna oħra li taħdem ġo ħanut tal-ikel qal li waqt li kien qed jieħu ordni, ra tfajla dieħla fil-ħanut kollha dmija, bl-aggressur għaddej warajha iżda imbagħad f’radda ta’ salib ma rahx iktar lill-aggressur.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron fi tweet esprima l-ħsibijiet tiegħu għal vittmi waqt li rringrazzja lil pulizija tax-xogħol li qed jagħmlu.
Toutes mes pensées vont aux victimes et aux blessés de l’attaque au couteau perpétrée ce soir à Paris, ainsi qu’à leurs proches. Je salue au nom de tous les Français le courage des policiers qui ont neutralisé le terroriste (1/2).
— Emmanuel Macron (@EmmanuelMacron) May 12, 2018
Fi tweet oħra, Macron qal li għalkemm Franza ħalset b’demmha, l-għadu mhu se jkollu l-ebda libertà.
La France paye une nouvelle fois le prix du sang mais ne cède pas un pouce aux ennemis de la liberté (2/2).
— Emmanuel Macron (@EmmanuelMacron) May 12, 2018
Is-suspettat tal-attakk huwa Russu mir-Republika ta’ Chechnya, li twieled fl-1997 u nqatel ftit minuti wara l-attakk mill-pulizija.
Il-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku ħa r-responsibiltà ta’ dan l-attakk.
Fl-aħħar tlett snin il-poplu Franċiż għadda minn għexieren t’attakki terroristiċi fejn ħallew il-ħajja ta’ ‘il fuq minn 230 persuna.