Dalgħodu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li persuna oħra nqabdet tikser il-kwarantina mandatorja.
Din il-persuna nstabet waqt l-ispezzjonijiet li qed jagħmlu l-pulizija flimkien ma’ uffiċjali tas-saħħa pubblika.
Din hija t-tielet persuna li nqabdet tikser il-kwarantina obbligatorja.
Kull minn jinqabad jisker dan, se jkun qed jeħel multa ta’ €1000.