Uffiċjali ta’ skola qalu li persuna minuri tilfet ħajjitha filwaqt li tlieta oħra sofrew ġrieħi wara li x-xarabank tal-iskola li kienu fuqha ħabtet u spiċċat f’ballun tan-nar fit-Tramuntana tal-Istat Amerikan ta’ Texas.
Id-Distrett Skolastiku Indipendenti ta’ Mesquite qal li xarabank li kienet qed iġġorr tnejn u erbgħin student mill-Iskola Medja ta’ Terry ħabtet l-Erbgħa wara nofsinhar.
Il-Pulizija ta’ Mesquite qalet li kejbil tad-dawl li ntlaqat mix-xarabank qabbad in-nar, iżda għadha mhix magħrufa l-kawża tal-inċident.
Tliet studenti, ix-xufier u tliet uffiċjali ttieħdu l-isptar hekk kif sofrew ġrieħi mhux serji.