Persuna minn kull 50 issib l-imħabba fuq titjira. Dan skont studju li sar mill-fergħa Brittanika tal-bank HSBC, fejn spjega kif id-49 persuna l-oħra probabbli jiritaw lill-passiġġieri l-oħra.
Dawn ir-riżultati ħarġu wara li saru intervisti ma’ 2,150 persuna minn 141 pajjiż fejn il-parteċipanti ġew mistoqsija x’ċans hemm li wieħed jiltaqa’ mal-imħabba ta’ ħajtu waqt li jkun 30,000 pied fl-ajru.
Madwar 6,000 persuna oħra minn Hong Kong, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti u r-Renju Unit kienu wkoll parteċipi f’dan l-istudju fejn ġew mistoqsija dwar id-drawwiet tagħhom meta jsiefru.