Mara ta’ 67 sena mill-Mosta ttieħdet l-isptar b’ambulanza wara li ntlaqtet minn karozza fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi Triq l-Imħalla meta l-mara ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena min-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard ġie kkonfermat li hija qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.