Tliet persuni qed jingħataw il-kura l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn karozza u trakk fil-Bypass tal-Mellieħa.
It-triq ingħalqet għat-traffiku u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija jinsabu fuq il-post.
Il-kundizzjoni tal-persuni midruba għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji jsegwu.