Fil-Punent tal-Kosovo, persuna li għadha mhux identifikata sparat fuq xarabank li fuqha kien hemm tmien adoloxxenti.
Rapporti qegħdin jgħidu li dan l-inċident qatel tliet persuni u weġġa’ oħrajn.
Kelliem għall-pulizija spjega li s-sewwieq miet immedjatament u tliet adoloxxenti ttieħdu l-isptar għal aktar kura.
Tnejn mit-tliet żgħażagħ li ttieħdu l-isptar tilfu ħajjithom. Dan filwaqt li t-tielet vittma ndarab iżda huwa f’kundizzjoni stabbli.
Huwa mifhum li l-moħħ wara dan l-attakk kellu maskra fuq wiċċu u għamel użu minn pistola tat-tip Kalashnikov.
Il-mottiv wara dan l-attakk għadu ma ġiex stabbilit hekk kif l-investigazzjoni għadha fi stadju bikri.