Persuna tilfet ħajjitha wara li għadd ta’ tiri ġew sparati fi Vjenna.
Il-Pulizija qalu li kien raġel li spara għadd ta’ tiri qrib Triq Lugeck għall-ħabta tas-13:30 bil-każ qed jitqies bħala wieħed li sar b’mod premeditat.
Spjegat kif l-operazzjoni għadha għaddejja b’dawk fiċ-ċentru mhumiex fil-periklu. Fuq iż-żona hemm ħelikopter idur bil-midja lokali tirrapporta li ngħalaq l-aċċess għal għadd ta’ toroq fil-madwar.