Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha u oħrajn sfaw feruti wara sensiela ta’ splużjonijiet ta’ gass li heżżew bliet fit-Tramuntana ta’ Boston f’Massachusetts il-Ħamis filgħaxija.
Il-pulizija tal-lokal irrappurtat nirien u splużjonijiet f’għexieren ta’ proprjetajiet.
Mijiet ta’ nies kienu evakwati, bis-servizzi tal-enerġija qatgħu il-provista sabiex ikunu evitati iktar inċidenti.
Michael Mansfield, il-Kap ta’ Andover Fire Rescue, qabbel is-sitwazzjoni ma’ dik t’ Armageddon, u li fil-karriera tiegħu ta’ 39 sena, qatt ma ra xi ħaġa bħalha.