Raġel ta’ 48 sena minn Bormla miet wara li ttajjar minn ambulanza fil-limiti tal-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta l-vittma u Rumena ta’ 54 sena li tgħix San Pawl il-Baħar ntaqtu minn ambulanza, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei u l-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.
Dwar il-każ infetħet inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.