Membru tal-ekwipaġġ fuq l-akbar cruiseliner tad-dinja Harmony of the Seas, tilef ħajtu wara li kien qed jipparteċipa f’safety drill – eżerċizzju li jsir biex ikun magħruf x’għandu jsir f’każ ta’ emerġenza.
Ninsabu informati li abbord kien hemm madwar 40 Malti, iżda ħadd minnhom ma weġġa’.
Fl-istess inċident indarbu erba’ persuni, tnejn minnhom qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ fil-port ta’ Marsilja fi Franza meta mill-ħames sular inqalgħet minn postha d-dgħajsa ta’ salvataġġ li kienu fuqha l-membri tal-ekwipaġġ.
Il-cruiseliner Harmony of the Seas beda jopera ftit tax-xhur ilu, u b’piż ta’ iktar minn mitejn u għoxrin elf tunellata, jiflaħ aktar minn tmint’elef passiġġier.