Persuna tilfet ħajjitha u erbatax-il persuna ndarbu waqt sparatura li seħħet f’post tad-divertiment f’Cincinnati f’Ohio fl-Istati Uniti.
Minn tal-inqas żewġ aggressur kienu involuti waqt l-isparatura li seħħet għall-ħabta tas-1:00 ta’ filgħodu, ħin Amerikan.
Diversi persuni qed isofru minn ġrieħi serji.
“Ninsabu f’nofs sitwazzjoni tal-biża li seħħet f’post tad-divertiment, fejn hemm diversi vittmi involuti,” qal dan l-Assistent Kap tal-Pulizija f’Ohio, Paul Neudigate.
S’issa l-ebda persuna għadha ma ġiet arrestata b’rabta ma dan il-każ.