Persuna tilfet ħajjitha u madwar 20 persuna sfaw midruba wara li ferrovija ħarġet mill-binarji u vagun minnhom inqeleb fuq il-ġenb qrib il-kapital tal-Belġju, Brussell.
L-inċident seħħ wara li l-ferrovija kienet għadha kif telqet mill-istazzjon Leuven b’veloċità baxxa lejn il-kapital.
Bħalissa fuq il-post hemm diversi ambulanzi sabiex jassistu lil dawk li ndarbu. Diversi siti barranin qed jirrapportaw li persuna tilfet ħajjitha iżda għadu mhux ċar kemm hu t-total eżatt ta’ persuni li sfaw midruba.