Il-Pulizija qatlu lill-aggressur li qatel żewġ persuni u kien qed iżomm għadd ta’ persuni ostaġġi f’supermarket fi Franza.
Minn tal-inqas żewġ persuni nqatlu waqt sparatura li seħħet waqt li l-aggressur żamm numru ta’ persuni ostaġġi f’supermarket f’Trèbes fi Franza. L-operazzjoni kienet tinvolvi numru kbir ta’ Pulizija fis-supermarket Super U, fejn qed jingħad li hemm persuni oħra midruba.
Rapporti qed jgħidu li l-aggressur, li baqa’; fis-supermarket, sostna li hu qed iwettaq dan l-attakk f’isem l-Istat Islamiku.
Aktar kmieni Pulizija ntlaqat minn tir u ndarab waqt li kien qed jiġri ma’ kollega f’Carcassonne, 15-il minuta ‘l bogħod.