Persuna tilfet ħajjitha u tlieta oħra ndarbu waqt sparatura li seħħet f’post tad-divertiment fin-Nofsinhar tal-Ġermanja.
Persuni fuq il-post li tkellmu ma’ midja Ġermaniża sostnew li l-aggressur kellu arma tan-nar u spara fuq in-nies ġewwa l-bini mingħajr ħniena.
Minn hemm kulħadd beda jimbotta u jiġri biex joħroġ barra mill-bini, fejn oħrajn ipprovaw jistaħbew waqt li l-aggressur beda jispara għall-ħabta tal-4:30 ta’ filgħodu, ħin lokali.
L-aggressur, Iraqin ta’ 34 sena, kompla jispara anke meta waslu l-Pulizija fuq il-post. Hu ndarab b’mdo kritiku, fejn ittieħed l-isptar u aktar tard tilef ħajtu.
Pulizija li kien fuq il-post ukoll indarab waqt l-isparatura li seħħet barra l-bini ta’ Club Grey, f’Konstanz.