Persuna sfat maqtula filwaqt li diversi oħra ndarbu f’attakk f’supermarket f’Hamburg fil-Ġermanja.
Il-Pulizija ta’ Hamburg kitbu fuq il-pjattaforma Twitter li ġie arrestat suspettat wieħed iżda għalissa għadu wisq kmieni biex ikunu jafu x’wassal biex sar dan l-attakk.
Bild irrapportat kif persuni li kienu fis-supermarket qalgħu daqqiet ta’ sikkina fejn ippubblikat ritratt ta’ raġel li hu maħsub li wettaq l-attakk, mimli demm.
Il-Pulizija wissiet lill-pubbliku biex ma jevitaw din iż-żona.