Persuna li nqabdet f’vettura li nqalbet waqt li kienet qed tinstaq fiż-Żejtun ma sofra ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Ġiebja Rumana fiż-Żejtun.
Filwaqt li fuq il-post issejħet ambulanza, fortunatament il-persuna li kienet maqbuda fil-vettura ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.