Anzjan ta’ 71 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 71 sena li jgħix il-Mellieħa tilef il-kontroll tal-vettura Kia Sportage li nqelbet fuq is-saqaf. B’konsegwenza tal-impatt żewġ vetturi li kienu pparkjati kellhom xi ħsarat.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 71 sena l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.