Il-gazetta MaltaToday żvelat kif persuna li kien jaħdem mal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, b’affidavit ġuramentat, iddikjara li David Casa kellu l-vizzju tad-droga. Il-MaltaToday rat dikjarazzjoni tal-eks Assistent ta’ Casa, li bejn l-2009 u l-2017, f’perjodu fejn it-tnejn kellhom relazzjoni mill-qrib ħafna, David Casa kellu l-vizzju tad-droga.
L-eks Assistent ta’ David Casa, li f’dan il-każ qed iservi ta’ whistleblower, qal li huwa Nazzjonalist leali u jixtieq li dawk li jirrapprezentaw lill-Partit Nazzjonalista u lil Malta, ikunu persuni eżemplari u ta’ integrità morali.
“F’dan il-mument, David Casa qiegħed jagħti l-impressjoni li huwa mudell ta’ politiku, meta l-fatti juru mod ieħor”, iddikjara dan il-persuna li kien biċċa waħda ma’ David Casa.
Fl-affidavit ġuramentat, l-eks Assistent ta’ Casa, qal li huwa kien ikun preżenti ma’ David Casa meta kien iqatta’ tmiem il-ġimgħa fil-lukandi, waħda f’San Ġiljan u l-oħra f’Ħ Attard. Waqt li kien ikun f’waħda minn dawn il-lukandi, kien jiġi persuna partikolari ibigeħ id-droga kokaina lil Casa, li mi-naħa tiegħu kien iħallsu fil-pront. Żied jingħat li fi tmiem il-ġimgha bħal dawn, Casa kien jonfoq bejn €600 u €700. Ingħad ukoll li ma’ David Casa kien ikun hemm ħbieb u assistenti tiegħu, li magħhom kien jaqsam ukoll id-droga.
“F’sessjonijiet bħal dawn, David Casa kien jitkellem ħafna u jkun fuq tiegħu żżejjed, u kien jikkonsma ħafna alkaħol u jpejjep ma’ dawk prezenti”, kompla jiddikjara b’ġurament l-eks assistent ta’ Casa.
Kompla jżid li l-vizzju tad-droga tant kemm ħakem li David Casa, li ġieli kien anke jitlef attivitajiet importanti bħal attivitajiet politiċi importanti.
F’Affidavit, il-whistleblower qal li ġieli kien ikun hemm okkażjonijiet fejn Casa ġieli ħa d-droga fl-uffiċċju li kellu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, iżda ma baqax wara Settembru tal-2017. Huwa żied jgħid li Casa għandu l-vizzju tad-droga huwa magħruf sew mal-assitenti u l-ħbieb tal-qalb tiegħu.
L-eks Assistent ta’ Casa qal li huwa qiegħed jieħu dan il-pass diffiċli fl-interess tal-verità u fis-sewwa li jemmen fiha.
Intant, dwar din l-istorja, il-MaltaToday tkellmet ma David Casa, li ċaħad b’qawwa dawn l-allegazzjonijiet, u pprova jiskredita li dan il-whistleblower.
Fi stqarrija, Casa qal li keċċa lil dan il-bniedem għax allegatament kellu problema bil-vizzju tal-logħob.