Anzjan ta’ 65 sena minn tas-Sliema ndarab gravi wara li waqa’ sular għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Alfred Gauci, San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema, waqa’ madwar sular waqt li kien fis-sit.
Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.