Waqa’ saqaf f’residenza f’Tas-Sliema fejn weġġgħet tifla ta’ 4 snin. Dan ġara f’dar quddiem il-Knisja tas-Sacro Cuor.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16.00 meta l-pulizija ġew infurmati b’dan l-inċident.
Issejħet l-assistenza medika madanakollu persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ karozza tal-pulizija minħabba li l-ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba karozzi pparkjati. L-istess ġara lill-membri tal-protezzjoni ċivili.
Aktar informazzjoni malli taslilna.