Persuna ttieħdet l-isptar wara li ajruplan żgħir għamel inżul t’emerġenza bil-konsegwenza li kkraxxja f’għalqa f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fiż-żona ta’ Wied il-Knejjes f’Ħal Luqa meta l -ajruplan micro light kellu xi problemi fil-magna bil-pilota jkun pront fejn għamel inżul t’emerġenza. Dan bil-konsegwenza li kkraxxja f’għalqa privata u spiċċa waqaf ma’ siġar li kien hemm fl-għalqa. Abbord l-ajruplan micro light kien hemm żewġ persuni.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu fuq il-post.
Minn fuq il-post ittieħdet persuna waħda l-isptar Mater Dei għal aktar kura meħtieġa.