Raġel ta’ 49 sena minn Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wra li ttajjar minn mutur fil-Furjana kmieni t-Tlieta filgħodu.
L-inċident seħħ fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għall-ħabta tad-09:30, meta r-raġel intlaqat minn mutur tat-tip Kymco Agility 125, li kien qed jinstaw minn raġel ta’ 20 sena mill-Ħamrun. Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur fil-ħin tal-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.