Ingliż ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab ferut gravi kawża tal-ġrieħi serji li ġarrab f’rasu wara li ntlaqat minn karozza f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-każ seħħ kmieni s-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-18:15 fi Triq il-Kosta meta r-raġel li kien xurban qasam it-triq u ntlaqat minn vettura tat-tip Honda Fit misjuqa minn Mellieħi ta’ sebgħa u erbgħin sena.
Fuq il-post marru tim mediku minn Mater Dei b’kollaborazzjoni mat-tim tas-Salib l-Aħmarkif ukoll membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li minnufih tawh l-għajnuna kollha meħtieġa.