Żagħżugħ ta’ dsatax-il sena miż-Żebbuġ Għawdex qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li baqa’ dieħel ġol ħajt waqt li kien qed isuq ir-rota.
L-inċident seħħ fit-tmienja tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Qbajjar.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali tal-Għassa Dr. Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.