Raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena ddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku l-Erbgħa filgħxija.
L-inċident seħħ fi Triq Għajn Tuffieha, limiti tal-Imġarr għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, bejn Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Mellieħa, u Mazda 3 misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar għall-kura.
Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.