Tfajla u raġel indarbu f’inċident ġewwa l-Imqabba llum wara nofsinhar. Kien għal ħabta tal- 16.45 p.m meta karozza tat-tip Mazda misjuqa minn raġel ta’ 68 sena kienet sejra direzzjoni lejn ta’ Kandja filwaqt li karozza oħra tat-tip Honda misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena kienet misjuqa lejn l-Imqabba.
Kien f’mument minnhom li għal xi raġuni fit-triq tas-Sejba ż-żewġ karozzi daħlu f’xulxin b’impatt qawwi. Kawża ta’ dan l-inċident ġew mgħajjta żewġ ambulanzi li ħadu ż-żewġ xufiera l-isptar, qabel dan membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu kostretti li joħorġu liż-żewġ persuni mill-karozzi rispettivi tagħhom. Riżultat ta’ dan l-inċident fit-triq kien hemm għadd ta’ tifrik u żejt ħiereġ mil-karozzi.