Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu qrib l-Għadira fil-Mellieħa meta seħħ impatt bejn vettura u mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-persuna l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.