Ingliż ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ jet-skis fil-bajja tal-Għadira. Dan seħħ għall-ħabta tas-13:00 illum.
Ir-raġel l-ieħor li kien involut fl-inċident, li huwa Ingliż ta’ 25 sena, ma sofra ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. A.M Grima li ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.