Omm u binha ta’ erba’ snin ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuta f’inċident tat-traffiku li fih kien hemm tliet vetturi involuti f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ dalgħodu fi Triq Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn tliet vetturi, fosthom Toyota ist misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Ħal-Qormi flimkien ma’ binha ta’ erba’ snin, BMW misjuqa minn raġel ta’ 28 sena ta’ nazzjonalitża Rumena residenti Ħaż-Żabbar u kif ukoll xarabank misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Bormla.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-omm u kif ukoll lil binha l-isptar Mater Dei biex jirċievu l-kura neċessarja.