Persuna rrifjutat l-għajnuna tal-ambulanza wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku għall-ħabta tal-10:45 qrib iċ-ċimiterju tal-Addolorata fil-Marsa.
Mill-ewweli nformazzjoni li għandu ONE News, jidher li persuna f’vettura kienet involuta f’ħabta ma’ trakk.
Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda l-persuna kkonċernata rrifjutat l-għajnuna tal-Pulizija.