Barrani ttieħed l-isptar għall-kura wara li allegatament indarab f’argument bejn żewġ persuni fil-Qawra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar ftit ‘il bogħod mill-venda tal-Qawra. Il-Pulizija qalet li mhux teskludi li ntużaw xi armi fl-argument.
Persuna minnhom ittieħed l-isptar Mater Dei filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.