Erba’ rġiel iddaħħlu l-Isptar Mater Dei, wara li sofrew ġrieħi fl-inċident bil-logħob tan-nar li seħħ Marsaxlokk ilbieraħ filgħaxija.
Fost dawn il-midruba hemm persuna li qiegħed jingħata kura fit-taqsima tal-Kura Intensiva, u ieħor li għadu qed jinżamm l-Isptar. Iż-żewġ persuni l-oħra sofrew ġrieħi minuri u dalgħodu nbagħtu d-dar.
Il-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lill-ħaddiema tal-Emerġenza, il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u l-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei għall-ħidma f’waqtha tagħhom.
Agħfas hawn għad-dettalji ta’ dak li seħħ ilbieraħ