Sewwieqa ta’ mutur qed issorfri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident ma’ vann tat-tip Ford Transit misjuq minn persuna ta’ 57 sena. L-inċident seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u kwart fi Triq it-Torri, tas-Sliema. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil persuna ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.