Persuna li jaħdem fuq bażi volontarja fil-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl f’Nantes Franza ġie arrestat b’rabta man-niries li ħakmu l-Katidral fil-jum tas-Sibt.
Ir-raġel ismu mhux qed jixxandar iżda huwa magħruf li huwa refuġjat minn Rwanda, kien inkarigat li jsakkar il-Katidral fil-jum tal-Ġimgħa, jum qabel il-ħġieġ tat-twieqi u l-orgni saru ħuġġieġa nar.
Madankollu, l-prosekuturi għadhom għaddejjin b’aktar investigazzjonijiet dwar il-każ. Intant, dan il-każ li qed jiġi trattat bħala att vandalu fuq il-bini ta’ prestiġju.