Persuna ġiet arrestata b’rabta maż-żewġ pakketti maħsuba bombi li ntbagħtu lil kritiċi tal-President Amerikan Donald Trump, din id-darba lill-Uffiċjal għoli tad-Demokratiċi, is-Senatur Cory Booker, u lill-eks kap tal-Intelliġenza Nazzjonali, James Clapper.
Fost dawk li kienu fil-mira ta’ dawk li qed jissejħu bħala attentati terroristiċi, kien hemm l-attur Robert De Niro, u l-eks President Amerikan, Barack Obama.
Filmati minn kameras tas-sigurtà fil-faċilità postali f’Miami fi Florida, fejn instab il-pakkett indirizzat lil Booker, qed ikunu studjati mill-FBI.