Felice Bellini huwa persona non grata fid-dinja tal-futbol Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tal-każ ‘Dirty Soccer’ b’konnessjoni ma’ manipulazzjoni ta’ partiti mill-Kampjonat Taljan tal-Lega Pro u mill-Kampjonat Serie D fl-Italja.
L-MFA qalet li fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association, il-Kunsill tal-MFA laqa’ l-proponiment tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u ddikkjara bħala persona non grata, mill-Malta FA, lil Felice Bellini, cittadin Taljan.
Felice Bellini, li fil-passat ħadem ma’ xi klabbs lokali, diġa’ kien ikkundannat mill-ġustizzja sportiva fi ħdan l-FIGC Taljana dwar dan il-każ u jinsab għaddej proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Catanzaro.
Dan ifisser li Felice Bellini ma jistgħax jinvolvi ruħu fl-ebda attivita’ tal-futbol f’Malta u f’Għawdex.