Birkirkara FC ħabbru li d-difensur Enrico Pepe kif ukoll il-midfielder Yannick Yankam ġeddew il-kuntratti tagħhom ma’ Birkirkara FC.
Pepe, li għandu 33 sena, huwa pedina ferm importani fil-qalba tad-difi#a tat-tim Karkariż apparti li wkoll jifforma parti mill-skwadra tat-tim nazzjonali Malti. Huwa għamel d-debutt tiegħu f’pajjiżna ma’ Floriana FC fl-istaġun 2015/2016 u fl-istaġun 2018/2019 huwa kien issieħeb ma’ Hamrun Spartans FC. Staġun wara kien ingħaqad ma Birkirkara fejn s’issa lagħab 88 partita u anke sab x-xibka fit-tlett okkażżjonijiet.
Min naħa l-oħra Yankam, li għandu 25 sena, huwa prodott tan-nursery ta’ Qormi FC u kien ingħaqad ma Birkirkara lura fl-istaġun 2019/2020. Mal-stripes lagħab total ta 94 partita s’issa fejn skorja 14 il-gowl.