Ħaddiema fis-settur pubbliku u fil-privat se jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b’hekk tkun tista’ tiżdidilhom ir-rata tal-pensjoni tagħhom skont kemm idumu fl-impjieg qabel jirtiraw.
Miżura ġdida oħra f’dan ir-rigward se tkun qed tolqot ħaddiema fis-servizz jew settur pubbliku li minflok irtiraw meta laħqu l-eta tal-irtirar bejn l-2016 u 2018 għażlu li jkomplu jaħdmu mingħajr ma rċievew pensjoni.
B’din il-miżura, dawn l-impjegati mhux se jitilfu ż-żidiet li jkunu akkumulaw tul dawn is-snin u minn jannar li ġej se jkollhom ir-rata tal-pensjoni tagħhom aġġustata biex tirrifletti dawn iż-żiediet.