Dalgħodu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-Għaqda Pensjonanti tal-General Workers’ Union.
Hawnhekk spjega l-għoxrin miżura relatati mal-pensjonanti li tħabbru fil baġit. Fosthom fid-dħul għall-pensjonanti kollha u l-għajnuniet marbuta ma kura għall-anzjani. Dawn jinkludu ż-żieda fil-pensjoni tal-wens u fil-carers’ allowance.
Wieġeb diversi mistoqsijiet dwar il-pensjonijiet u kompla jifhem l-isfidi li fadal jindirizza l-Gvern biex itejjeb l-ħajja ta.
Il-Ministru qal li huwa jifhem l-inkwiet tal-pensjonanti li wara tant ħidma f’ħajjithom, isibu ruħhom biċ-ċekk tal-pensjoni.
Il-Ministru qal li bħalissa l-Gvern għaddej b’eżerċizzju sabiex jindirizza l- inġustizzji, pass li Gvern qed jagħmel għall-ewwel darba.