Pensjonant ta’ 68 sena mill-Qrendi ġie mmultat €4,000, ġie ordnat jagħmel 50 siegħa xogħol fil-komunità, u tpoġġa taħt probation għal tliet snin wara li ammetta li bagħat SMSs suġġestivi sesswalment lil tfajla ta’ 13-il sena.
Karmenu Magro wieġeb li hu ħati li ffaċilita l-korruzzjoni ta’ minorenni, iffastidjaha, u uża tagħmir ta’ telekomunikazzjoni elettronika b’mod ħażin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, l-ispettur Kylie Borg qalet li l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija u wera rimors għal għemilu. L-avukat difensur, Jose Herrera, qal li mart Magro mietet is-sena l-oħra u r-raġel għaraf li għamel żball.
Isem Magro se jitniżżel fir-reġistru ta’ persuni li jkunu wettqu reati ta’ natura sesswali.