Fl-14 ta’ Settembru se jkun qed jiġi organizzat pellegrinaġġ Nazzjonali bil-Kurċifiss Mirakoluż.
Dan ħabbru l-arċisqof Charles Scicluna waqt Quddiesa mxandra Live mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta. Huwa stqarr li dan se jkun organizzat jekk sa dakinhar l-awtoritajiet tas-saħħa taw il-permess li jsiru manifestazzjonijiet bil-parteċipazzjoni tal-pubbliku.