F’Ras ir-Randan, il-Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor organizzat pellegrinaġġ bix-xbiha devota tal-Istatwa ta’ Ġesù Redentur.
Il-pellegrinaġġ beda mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani fi Triq San Alfonzu u kompliet sas-Santwarju Marjan tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Wara ġiet iċċelebrata l-quddiesa fis-Santwarju Marjan.
Il-pellegrinaġġ kien imtella mill-Komunità Franġiskana mmexxijja mill-Kappillan Rev Patri Martin Coleiro ofm u mill-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor Tas-Sliema.
L-Istatwa tar-Redentur twaqqfet ukoll quddiem is-sede tas-Soċjetà Filarmonika Sliema fejn il-faċċata kienet armata b’żewġ t-islaleb ġodda maħduma volontarjament mill-membri tal-Kummissjoni Festi.
Dawn is-slaleb huma parti minn sett ta’ 14-il salib li nħadmu mill-istess Kummissjoni Festi biex jintramaw fit-triq tas-Santwarju Marjan u mal-ġenb tagħha.